Issa ħarġet il-konferma – l-ikel tal-annimali mhux se jkun qed jiżdied fl-iskema stabbiltà.
Wara ġimgħat ta’ stennija, is-Segretarju Parlamentari, Alicia Bugeja Said ikkonfermat dan fejn filwaqt li qalet li hemm skema għal min jitma l-qtates, ma qaltilna xejn fuq min jitma annimali oħra, bħall-klieb… kemm annimali domestiċi u anke annimali abbandunati fit-toroq.
Net News tkellem ma’ persuna li titma iktar minn 20 qattus tat-triq li qaltilna kemm hija diffiċli biex persuna tlaħħaq ma’ kemm qed jogħlew il-prezzijiet tal-ikel tal-annimali.
Bis-Segretarju Parlamentari tibqa’ tirrepeti li hemm fond għal dawk li jitimgħu xi annimali li jgħixu fit-toroq.
Din il-persuna kompliet tispjega li l-annimali jkollhom bżonn jieklu kuljum u il-vouchers li jingħataw meta feeder jirreġistra mal-kunsill lokali, żgur li mhux biżejjed.
Ta’ min ifakkar li jekk il-qtates jitħallew bil-ġuħ mhux minnu li dawn ħa jispiċċaw iduru għall-ġrieden biex jieklu lilhom. Jekk qattus ikun bil-ġuh mhux ħa jkollu s-saħħa biex jaqbad lil ġrieden u annimali oħra.
//= $special ?>