Lokali

Żewġ għaddasa ttieħdu l-isptar wara li kellhom bżonn l-assistenza f’Marsaskala

Salvati grazzi għal intervent ta’ nies fil-post

Żewġ għaddasa nisa talbu l-assistenza wara li sabu ruħhom f’diffikultà għall-ħabta tas-2:15 pm fl-inħawi taż-Żonqor, f’Wied il-Għajn.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-bugħaddasa mill-baħar, u ħaduhom l-art. Fuq l-art, tim mediku beda jassistihom u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News saħqu li l-barranin ġew salvati grazzi għal intervent fil-pront ta’ raġel li kien fil-post li mingħajr telf ta’ żmien, u b’kuraġġ liema bħalu minnufih ra kif għamel biex ta l-għajnuna immedjata tiegħu.

Aktar tard, waħda minnhom, li hija miċ-Ċina u għanda 32 sena, kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief, filwaqt li l-oħra, li l-identitá tagħha għadha mhix magħrufa, kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.