Lokali

Abela għadu jiddefendi sal-lum lil dawk li kienu qed jigdbu fuq id-Deputat Prim Ministru tiegħu stess waqt li qed jisirqu lill-poplu – PN

Illum għandna konferma li l-Partit Laburista u sħabhom spiċċaw bħal qarnita kriminali li tant saret topera fi stat mafjuż li qed iduru għal xulxin. Joseph Muscat u Robert Abela warajh, mhux talli għaddew miljuni kbar fi frodi talli baqgħu jiddefendu lil Steward, anke wara li dawn użaw flus it-taxxi tagħna biex jivvintaw fuq id-Deputat mexxej tagħhom stess.

Fi stqarrija, il-pPrtit Nazzjonalista qal li Robert Abela hu kompliċi f’dan kollu speċjalment meta waqt li kien jaf bil-frodi u l-korruzzjoni, għadu sal-lum stess jiddefendi lil Steward, u sa issa għadu jirreżisti l-isforzi tal-Partit Nazzjonalista biex inġiebu flus il-poplu lura.

S’issa, kompla l-PN, Robert Abela dejjem għażel li minflok ikun mal-poplu, ikun fuq in-naħa ta’ dawk li serqu s-saħħa lill-Maltin.