Il-UEFA fetħet investigazzjoni fuq Jude Bellingham wara r-rebħa tal-Ingilterra kontra s-Slovakkja l-Ħadd. Għalkemm l-entità dixxiplinarja tal-UEFA ma tikkumentax dwar investigazzjonijiet, rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Bellingham jinsab investigat għal ġest li għamel wara li ġab id-draw b’mod drammatiku fil-95 minuta.
Stqarrija tal-UEFA qalet li l-ispettur tal-etika u d-dixxiplina se tagħmel investigazzjoni dixxiplinarja dwar ksur potenzjali tar-regoli bażiċi minn Bellingham. Il-plejer Ingliż wieġeb fuq il-media soċjali u qal li l-ġest li għamel kienet ċajta interna lejn uħud mill-akbar ħbieb tiegħu.
Il-gowl tad-draw ta’ Bellingham wasal b’ġest akrobatiku mill-isbaħ ftit sekondi qabel tmiem il-ħin regolamentari biex il-logħba kompliet fil-ħin barrani. Kien fit-tieni minuta tal-ħin barrani li Harry Kane skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.
Jekk jinstab ħati, Bellingham jista’ jkun sospiż għall-impenn li l-Ingilterra għandha kontra l-Iżvizerra fil-kwarti tal-finali s-Sibt li ġej.
//= $special ?>