Matul ix-xahar ta’ Lulju, l-Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il-quddiesa kuljum fid-9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit-Tnejn sas-Sibt tixxandar it-talba tar-rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l-istazzjon tar-radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-ġranet:
It-Tnejn 1 ta’ Lulju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Beatu Nazju Falzon mill-Knisja ta’ Ġieżu, fil-Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.
Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju, fis-6:15pm jiċċelebra r-rit kanoniku tal-għeluq tal-inkjesti djoċesani dwar il-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani, u wara ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Din se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook Malta.
Il-Ħadd 7 ta’ Lulju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Kunvent tas-Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù fi Fleur-de-Lys, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103. Fis-6pm jiċċelebra quddiesa fil-125 anniversarju mill-inkurunazzjoni tax-xbieha tal-Madonna tal-Mellieħa, fil-bitħa tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.
Il-Ħamis 11 ta’ Lulju, fis-6:30pm, is-Solennità ta’ San Benedittu, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Knisja ta’ San Pietru fil-Monasteru ta’ San Benedittu, fl-Imdina.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.
Il-Ħadd 14 ta’ Lulju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tad-Duluri f’San Pawl il-Baħar, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103.
It-Tlieta 16 ta’ Lulju, fis-6pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Bażilika tal-Madonna tal-Kamrnu, fil-Belt Valletta.
Is-Sibt 20 ta’ Lulju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-50 anniversarju mill-ordinazzjoni ta’ 35 saċerdot fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.
Il-Ħadd 21 ta’ Lulju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ tal-maratona tal-volleyball tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103.
//= $special ?>