Lokali Mużika

‘Dalgħodu’ l-kanzunetta kurrenti ta’ Kym Pepe

Noel D'Anastas

‘Dalgħodu’; hija l-aktar kanzunetta kurrenti tal-kantanta Kym Pepe, waħda mill-aktar
artisti interessanti fix-xena mużikali alternattiva lokali li tuża l-ilsien Malti għall-espressjoni
mużikali tagħha.

Il-mużika hija tagħha stess fuq il-lirika ta’ Immanuel Mifsud, kollaborazzjoni
mill-aktar effettiva. ‘Dalgħodu’ tkompli fuq is-suċċess miksub minn Pepe fix-xhur li għaddew,
fosthom ‘Mill-Bidu’, ‘Armier’ u ‘Kun’.

‘Dalgħodu’ għandha arranġament u produzzjoni ta’ Jimmy Bartolo minn Ultralow Music,
filwaqt li l-kantanta ħabiba tagħha Cher Camilleri li tirrekordja taħt l-istess tikketta ta’ Ultralow
Music, kienet responsabbli mill-viżwal u d-direzzjoni tal-filmat tal-istess video.

F’Mejju li għadda, Kym Pepe u l-band taw kunċert fl-Offbeat Music Bar, fil-Belt. Sena ilu, Kym
Pepe kienet fost l-artisti li ħadu sehem f’Rock the South Festival, Earth Garden Festival u Rock
for Richmond fost dehriet oħra.