EURO 2024 Futbol Sport

De Bruyne għadu jrid jiddeċiedi l-futur tiegħu mal-Belġju

(Ritratt: EPA)

Kevin de Bruyne qal li għadu kmieni biex jikkunsidra l-futur tiegħu mat-tim nazzjonali wara l-eliminazzjon tal-Belġju kontra Franza. De Bruyne li għandu 33 sena, kien parti mit-tim li spiċċa t-tielet fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 iżda minn dakinhar ma waslux sa semifinali oħra.

Hu qal li għandu bżonn jistrieħ l-ewwel u jieħu d-deċiżjoni wara li jgħaddi s-sajf. De Bruyne għamel id-debutt mat-tim nazzjonali tal-Belġju fl-2010 u lagħab aktar minn 100 logħba mat-tim nazzjonali. Hu jibqa’ parti integrali mill-pjanijiet tal-kowċ Domenico Tedesco bi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2026.