Gowl lejn it-tmiem kien biżżejjed biex Franza tikkwalifika mal-aħħar tmienja b’rebħa ta’ 1-0 kontra l-Belġju. Il-gowl li fired liż-żewġ timijiet wasal b’awto-gowl u b’hekk għall-konfront ieħor, Franza naqset li tiskorja minn azzjoni wara li sa issa l-gowls l-oħra waslu minn awto-gowl u penalty.
Għalkemm kellhom il-kontroll bil-ballun għal ħafna ħin, ftit kienu preċiżi quddiem il-lasta, bil-Belġjani ftit joħolqu periklu għal-lasta Franċiża. Mal-aħħar tmienja, jiltaqgħu kontra r-rebbieħ tal-logħba bejn il-Portugall u s-Slovenja.
Il-Belġju kienu perikolużi fl-24 minuta bi free-kick ta’ Kevin de Bruyne li ġie salvat minn saqajn Mike Maignan. Okkażjoni għal Franza fl-34 minuta bi kross mil-lemin ta’ Jules Koundè lejn Marcus Thuram iżda d-daqqa ta’ ras tal-attakkant għaddiet ftit barra. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, xutt ta’ Aurelien Tchouameni minn pożizzjoni tajba għadda fuq il-lasta.
Tchouameni reġa’ prova fid-49 minuta b’xutt li kien imxellef mid-difensur Wout Faes u mxellef f’korner minn Koen Casteels. Minuta wara, daqqa ta’ ras ta’ Marcus Thuram spiċċat fuq il-mimduda.
Aktar attakki għal Franza fl-54 minuta din id-darba b’azzjoni personali ta’ Kylian Mbappe li spiċċat b’xutt li għadda ftit għoli. L-inizjattiva baqgħet f’idejn il-Franċiżi iżda l-mira baqgħet mhix preċiża b’konklużjonijiet ta’ Tchouameni u William Saliba li spiċċaw barra. L-istess destin għal Mbappe b’xutt li għadda ftit barra.
Il-gowl tar-rebħa finalment wasal fil-85 minuta b’azzjoni tas-sostitut Randal Kolo Muani li ddefenda l-ballun fil-kaxxa u dar bih, bix-xutt finali jkun imxellef mill-irkoppa ta’ Jan Vertonghen u spiċċa qarraq b’Casteels.
//= $special ?>