Sport

Il-111-il edizzjoni tat-Tour de France

Ingħata bidu għall-111-il edizzjoni tat-Tour de France hekk kif fit-tieni stadju bejn Cesenatico u Bologna, fuq medda ta’ 199.2 kilometri, kien hemm is-suċċess għal Franciż Kevin Vauquelin ta’ Arkea B & B Hotels, li għamel id-distanza f’4 sigħat 43 minuta 42 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 36 sekonda fuq Jonas Abrahamsen tan-Norveġja għal Uno X Mobility, filwaqt li fit-tielet post b’distakk ta’ 49 minuta temm Quentin Pacher ta’ Groupama.

Fil-klassifika ġenerali wara l-ewwel żewġ stadji, fl-ewwel post hemm is-Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates, b’total ta’ 9 sigħat 53 minuta u 30 sekonda. Fit-tieni post il-Belġjan Remco Evenepoel ta’ Soudal Quick Step, filwaqt li fit-tielet post id-Daniż Jonas Vingegaard għal Visma Lease a Bike.

It-tielet stadju tat-Tour de France huwa bejn Plaisance u Turin fuq distanza ta’ 230.8 kilometri.

Għall-ewwel stadju, ir-rotta kienet ta’ 206 kilometru bejn Firenze u Rimini.