Lokali Parlament

Il-PN se jkompli joħroġ proposti dwar il-vjolenza domestika


Graziella Attard Previ, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet fil-Parlament li l-PN se jkompli joħroġ proposti dwar il-vjolenza domestika biex dawk involuti u abbużati jkunu protetti.


Graziella Attard Previ qalet li l-MARAM dam ikaxkar biex jitwaqqaf tant dan kien ilu jissemma’ mil-2017. Hi spjegat kif l-inkjesta dwar il-qtil tal-omm Bernice Clia kienet ikkonkludiet li l-Istat kien falla għaliex is-sistema ma pproteġietx lil dawk li marru jfittxu protezzjoni mill-vjolenza domestika.


Bernice Cilia suppost li għadha ħajja iżda minħabba sistema falluta, inqatlet. Sal-aħħar ta’ April 2014 għad hawn 2,176 każ ta’ volenza domestika fil-qrati. Dan id-dewmien qed iġib diffikultajet kbar speċjalment għall-vittmi, sostniet Attard Previ.


Il-PN hu impenjat bis-sħiħ u se joħroġ il-proposti politiċi tiegħu kif il-ħajja tal-vittmi tal-vjolenza domestika titjieb u hu kommess li jaġixxi għaliex il-vittmi tal-vjolenza domestika jistħoqqilhom l-aħjar, sostniet Graziella Attard Previ.