Hekk kif bħalissa ninsabu fl-istaġun tas-sajf bit-temperatura qed tkompli togħla matul din il-ġimgħa, għal dawk li ma jħobbux it-temperaturi għoljin żgur li se jieħdu pjaċir hekk kif it-temperatura se tkun taħt it-30 grad.
Skont it-tbassir tat-temp mill-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, għal kumplament ta’ din il-ġimgħa jidher li l-Gżejjer Maltin se jintlaqtu minn riħ qawwi li se jsarrfu f’temperaturi aktar baxxi matul il-jum.
Infatti, matul il-jum tat-Tlieta r-riħ mistenni jlaħħaq forza 7 bl-ogħla temperatura mistennija tkun ta’ 29 grad celcius. Imbagħad l-Erbgħa u l-Ħamis l-ogħla temperatura se tkun ta’ 28 grad celcius bir-riħ mistenni li jilħaq forza 6.
Kollox qed jindika li matul il-lejl it-temperatura se tpatti xi ftit hekk kif matul il-lejl it-temperatura se tkun ta’ 21 grad celcius biex imbagħad is-Sibt u l-Ħadd l-inqas se tkun ta’ 22 grad.
Però, għalkemm it-temperatura se tonqos xi ftit, l-Indici UV xorta waħda se jkunu perikolużi hekk kif se jvarja bejn 8 u 10. Dan ifisser li għal dawk li se joħorġu matul il-jum għandhom jagħmlu l-krema tax-xemx.
Intant, għal dawk kollha li jħobbu jqattgħu ġurnata baħar għandhom jevitaw il-bajjiet fejn jaqbel ir-riħ hekk kif kaġun tar-riħ qawwi l-baħar kapaċi jkun perikoluż bit-temperaturi u r-riħ se jerġgħu jmorru lura għan-normal bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej.
//= $special ?>