Sport

It-timijiet nazzjonali tal-basketball jirbħu l-fidda

It-timijiet nazzjonali tal-irġiel u n-nisa tal-basketball tilfu l-finali tagħhom f’Andorra La Vella u fi Pristina fil-Kosovo, kontra t-timijiet ta’ Andorra u n-Norveġja rispettivament, biex rebħu l-fiidda wara li kklassifikaw fit-tieni post fil-Kampjonat tal-FIBA Europe għall-Pajjiżi Żgħar.

Fil-finali tal-irġiel, Andorra rebħet lil Malta 84 – 79. It-tim Malti mmexxi minn Duncan Fenech, kellu jikkuntenta bil-midalja tal-fidda fejn determinanti kienet l-aħħar sessjoni li Andorra rebħu 31 – 23 punt, liema distakk ta’ tmien punti kien rifless fir-rizultat finali.

Wara li Andorra rebħet l-ewwel sessjoni 20 – 19, kien hemm reazzjoni minn Malta li rebħet it-tieni sessjoni 20 – 15 fejn minkejja li wara li tilfet it-tielet sessjoni b’punt 18 – 17, xorta baqgħet fil-partita li eventwalment intrebħet minn Andorra 84 – 79.

Għal Malta l-aħjar scorer kien David Bugeja bi 22 punt, segwit minn Samuel Deguara bi 18 il-punt, Josphua Tomasi bi 13 il-punt, u Michael Sjoberg bi 12 il-punt.

It-tim nazzjonali tan-nisa, wara tliet rebħiet konsekuttivi mmexxi minn Charles Bonnici, safa’ megħlub fil-finali min-Norveġja b’distakk ta’ sitt punti. Vitali kienet it-tielet sessjoni li kienet dominata min-Norveġja 22 – 10 wara li sa tmiem it-tieni sessjoni Malta kienet 29 – 24 fil-vantaġġ wara li rebħet is-sessjonijiet 19 – 17 u 10 – 7 bl-aħħar sessjoni tintemm 15 – 15.

Il-punti għal Malta waslu 16 minn Amber Melgoza, 12 minn Steffi DeMartino, 7 kull wieħed minn Josephine Grima u Danika Galea, 6 minn Kristy Galea, 4 minn Sophie Abela u żewġ punti min Ylenia Bonett.