HSBC Life Assurance (Malta) Limited, negozju li kellu l-bidu tiegħu fl-1996 b’numru ta’ suċċessi u li jipprovdi assigurazzjoni fuq il-ħajja u soluzzjonijiet ta’ tfaddil fil-gżejjer Maltin, ħabbar it-tnedija tal-kampanja l-ġdida tiegħu, “Għix ħajtek ippreperat.”
Din il-kampanja kummerċjali, hija mfassla biex tagħti s-setgħa lill-individwi biex imexxu l-vjaġġ tal-ħajja tagħhom b’kunfidenza, filwaqt li tipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa biex tilqa’ għall-mumenti t-tajba u dawk inqas tajba li lkoll inħabbtu wiċċna magħhom f’ħajjitna.
Din Il-kampanja se tkun viżibbli fuq diversi mezzi tal-midja madwar Malta u Għawdex, u tispira individwi biex jieħdu ħsieb il-futur tagħhom bl-appoġġ u l-assigurazzjoni li tipprovdi l-HSBC Life Assurance (Malta) Limited. Permezz ta’ din il-kampanja, l-għan hu li jinħoloq impatt dejjiemi billi jissaħħaħ il-valur tal-preparazzjoni fil-kisba tal-għanijiet u l-ħolm ta’ ħajjitna.
L-HSBC Life Malta minn dejjem kienet iddedikata biex toffri soluzzjonijiet ta’ assigurazzjoni komprensiva u li jaħsbu għall-ħtiġijiet diversi tal-klijenti tagħna. Dan l-impenn huwa evidenti wkoll mill-fatt li l-HSBC Life Malta għamlet tajjeb għal 96.9% tal-pretensjonijiet li kienu reġistrati mill-klijenti tagħha matul l-2023.
“Aħna għandna l-għan li noħolqu relazzjoni aktar profonda mal-klijenti tagħna billi norganizzaw is-servizzi tagħna mal-għanijiet ta’ ħajjet il-klijenti. L-impenn tagħna hu li nipprovdu mhux biss assigurazzjoni, iżda assigurazzjoni li tagħti s-setgħa lill-individwi biex jilħqu l-ħolm tagħhom b’fiduċja,” qal Josef Camilleri, il-Kap tal-Prodotti u d-Distribuzzjoni fi ħdan l-HSBC Life Assurance (Malta) Limited.
//= $special ?>