Meta din il-ġimgħa tqassmu r-responsabbiltajiet ta’ kull kunsillier li jifforma parti mill-Kunsill Lokali l-ġdid tal-Belt Valletta, l-Eks Sindku Alfred Zammit ma ngħata ebda dekasteru.
Dan kien konfermat mill-Kunsill stess permezz ta’ komunikat fuq il-media soċjali.
Alfred Zammit diġà seraq l-aħbarijiet wara li fil-ġurament tal-ħatra ma kienx preżenti. Fil-fatt, fir-ritratt li tpoġġa’ fuq Facebook, il-Kunsill qal li l-Eks Sindku kien nieqes jew indispost.
Il-Kunsill tal-Belt ikkonferma li s-Sindku l-ġdid, Olaf McKay, se jibda jieħu ħsieb il-proġetti kapitali, l-infrasttrutura u l-ambjent.
Ylenia Montfort (Kap tal-Minoranza) – Edukazzjoni u Tfal
Ray Azzopardi – Indafa Pubblika fil-Belt Valletta u Anzjani fil-Komunità
Roberta Bonello – Ħarsien tal-UNESCO, Żgħażagħ u Sport
Daniel Diacono – Kultura u Komunitajiet
Vince Fabri – Ħarsien tal-Animali u Proġetti Innovativi
//= $special ?>