Suċċess ieħor fl-ibburdjar permezz ta’ Katrina Micallef li rebħet midalja tal-bronz fil-Kampjonat tad-Dinja taż-Żgħażagħ ILCA 4, li sar fil-bajja ta’ Viana do Castelo, f’ Vilamoura, fil-Portugall
F’dawn il-Kampjonati ħadu sehem 150 partecipant minn 45 pajjiż. F’dawn il-kampjonati bejn it-22 u t-30 ta’ Ġunju fuq medda ta’ disa’ tiġrijiet, Micallef saħansitra rebħet ir-raba’stadju sabiex fil-klassifika ġenerali temmet fit-tielet post bi 63 punt qabel Carla Lorenzi tal-Italja b’74 punt.
Fl-ewwel żewġ postijiet ġew l-Olandiżi, Heike Schraffardt u Feline Van Ede, bi 42 u 43 punt rispettivament.
Il-parteċipazzjoni ta’ Micallef f’dawn il-Kampjonati kienet possibbli bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti, Sport Malta, Royal Malta Yacht Club u l-Malta Sailing Federation.
//= $special ?>