Lokali

RITRATTI: Nirien fuq in-naħa ta’ wara tal-Preluna

Ħadd ma weġġa’ wara li żviluppaw nirien fuq in-naħa ta’ wara tal-lukanda Preluna.

Il-każ seħħ ftit qabel l-10am, fejn fil-post waslu mill-ewwel membri tal-Protezzjoni Ċvili. In-nar ikkawża wkoll daħna kbira li dehret minn diversi zoni fiċ-ċentru tal-pajjiż.

Net News jinsab infurmat li n-nar żviluppa kaġun ta’ short elettriku.

Fil-post waslet ukoll ambulanza u team mediku li assista lil dawk il-persuni li belgħu xi dħaħen.

Ritratti: Martin Agius