Sport

Rebħa importanti għas-Selezzjoni Maltija tar-Rugby

Is-Selezzjoni Malta Rugby League għelbet lil Oxford University Rugby League Club 20 bil-punteġġ ta’ 34 – 20 fi prova importanti għas-selezzjoni Maltija mmexxija minn Philip Humphrey li f’Settembru se tilgħab barra pajjiżna kontra l-Olanda.

Wara kwarta logħob, it-tim Malti fetaħ vantaġġ ta’ 22 – 0 wara li Pierre Zarb fetaħ l-iskor segwit mill-punti tad-debuttant Harrison Jewitt, Jean Scholey u Josh Cassar. Kyle Gauci għamel xejn anqas minn ħames conversions minn sitta li kellu t-tim Malti.

Ir-reazzjoni minn Oxford University waslet minn żewġ tries kull wieħed minn Milo Wills u Tom Milton flimkien ma’ try minn Jack Sander. Madankollu erba’ minuti mit-tmiem kien l-Eks Paramatta Eels Josh Gatt li għalaq il-partita 34 – 20 għas-selezzjoni Maltija Rugby League.

Ir-referee tal-partita kien Philip Kingsman.