Il-leġġenda tal-futbol Cristiano Ronaldo, waqt intervista li saret wara l-partita mill-fażi tal-aħħar sittax kontra s-Slovenja kkonferma li din l-edizzjoni tal-EURO se tkun l-aħħar waħda li se jkun qed jipparteċipa fiha bħala plejer.
Din l-istqarrija waslet wara li Ronaldo ma rnexxielux jiskorja penalty mogħti lill-Portugall fil-ħin barrani, bil-partita tittieħed għall-penalties wara s-save ta’ Oblak.
L-attakkant ta’ 39 sena kkonferma f’intervista mimlija emozzjoni li din se tkun l-aħħar EURO tiegħu, u stqarr li ma setgħax jemmen meta ra lill-goalkeeper avversarju jsalva l-penalty, fejn ħaseb li possibilment irrovina ċ-ċans li pajjiżu se jikkwalifka għar-rawnd li jmiss.
Madankollu, l-ikona tal-futbol kien ta’ eżempju kbir hekk kif biss kwarta wara, waqt l-għoti tal-penalties huwa ħareġ l-ewwel biex jagħti l-penalty, u b’kunfidenza kbira din id-darba sab ix-xibka.
L-eroj tal-ġurnata pero ma kienx Ronaldo, mentri kien Diogo Cossta hekk kif il-goalkeeper salva t-tlett penalties kontrih waqt l-għoti tal-penalties.
Ronaldo kkonkluda billi ħaffar it-tim tiegħu u talab apoloġija lill-partitarji Portugiżi.
//= $special ?>