Ilbieraħ għall-ħabta tal-4:45pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li Ġermaniż ta’ 14-il
sena ntlaqat minn Dacia Logan, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 59 sena residenti r-Rabat.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie
ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.