F’indirizz li għamel id-Deputat Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami fil-Parlament Malti waqt Stqarrijiet Ministerjali staqsa għalfejn il-Prim Ministru qed jibqa’ jirrifjuta li jaġixxi favur ir-rispett dinji tal-bniedem, favur il-libertà, id-demokrazija l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.
Dan quddiem l-ipokrezija ta’ Robert Abela meta f’Malta jgħid ħaġa u barra minn xtutna jagħmel mod ieħor. U meta huwa kien tkellem kontra investiment fid-difiza, u fl-Unjoni Ewropea qabel mal-kumplament tal-mexxejja dwar t-tisħiħ tad-difiza Ewropea.