Internazzjonali

Il-Karibew: Pajjiżi u gżejjer isofru l-qilla tal-uragan Beryl

Il-maltemp mill-uragan Beryl fl-aħħar sigħat kompla javvanza mir-reġjun tal-Karibew u lejn id-direzzjoni tal-Ġamajka.

Intant, l-elementi tal-uragan – wieħed mill-akbar li laqat ir-reġjun għal diversi snin – komplew jintensifikaw sal-punt fejn qed ikunu klassifikati bħala ‘maltempata ta’ kategorija Ħamsa’. Dan ukoll fost l-irwiefen, il-ħalbiet tax-xita u l-potenzjal ta’ għargħar kbir u katastrofiku mindu l-uragan, nhar it-Tnejn, laqat il-gżira ta’ Carriacou, li tifforma parti minn Grenada,

Hemm anki r-rapporti dwar il-vittmi tal-maltemp fi Grenada u l-gżira ta’ St Vincent.

Sadanittant, l-uragan anki kkaġuna problemi għan-networks ta’ komunikazzjoni ma’ Carriacou u l-gżira ta’ Petit Martinique fil-viċin, bil-Prim Ministru ta’ Grenada, Dickon Mitchell, iwissi li l-awtoritajiet fil-pajjiż qed jistennew li jsibu aktar mejtin b’riżultat dirett tal-uragan Beryl.