Il-poplu Malti jemmen fil-viżjoni li welled il-Partit Nazzjonalista kif ukoll fil-viżjoni lokali li welled il-Partit Nazzjonalista.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista meta indirizza l-Parlament u tkellem dwar ir-riżultati li kiseb il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjonijiet.
Bernard Grech qal li bla ebda dubju post Malta huwa fl-Unjoni Ewropea, għax l-Unjoni Ewropea ssaħħaħ il-kompettitività, tiġġieled it-tibdil fil-klima u tadatta għall-isfidi tat-trasformazzjoni diġitali.
L-Unjoni Ewopea għandha l-għan li tkun l-ewwel kontinent newtrali għall-klima, però għandna responsabbiltà li tara li l-ebda pajjiż ma jitħalla lura, qal Bernard Grech.
ll-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Unjoni Ewopea għandha wkoll tkun ta’ għajnuna għall-pajjiżna fl-isfidi li bħalissa qed jiffaċċja, fosthom l-isfidi tal-immigrazzjoni, kif ukoll ta’ tkabbir sostenibbli.
Bernard Grech qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista dejjem kien il-partit li emmen fil-kumpaniji lokali, li jbiddlu l-isfidi u r-iskji f’opportunitajiet. Sostna wkoll li Malta fl-Unjoni għandha wkoll tkompli taħdem favur ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, favur il-libertà, id-demokrazija l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħħaq li rridu nsaħħu r-reżiljenza demokratika tagħna, inkluż billi nsaħħu l-impenn taċ-ċittadini, nipproteġu l-midja ħielsa, il-libertà tal-espressjoni u s-soċjetà ċivili, u nindirizzaw l-indħil barrani.
Bernard Grech tkellem ukoll dwar l-ipokrezzija ta’ Robert Abela, fejn f’Malta jitkellem mod u barra minn pajjiżna jitkellem mod ieħor.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel referenza għad-diskors li Robert Abela kontinwament irrepeta waqt il-kampanja elettorali fil-konfront ta’ Roberta Metsola, biex issa kellu jammetti li hi l-aqwa għażla biex tkun il-President tal-Parlament Ewropew.
Robert Abela wera wkoll ipokrezija fil-kuntest tad-difiża lokali, fejn f’Malta qal li huwa kontra investiment fid-difiża, u mal-mejda tal-UE qabel mal-kumplament tal-mexxejja dwar t-tisħiħ tad-difiża Ewropea.
//= $special ?>