Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-korpi kostitwiti ilhom jitolbu lill-Gvern biex ibiddel il-mudell ekonomiku li wassal għal splużjoni fil-popolazzjoni u anki għal dejn enormi. Però, kemm Robert Abela kif ukoll Clyde Caruana baqgħu jinjoraw dawn il-proposti.
Kien dan il-messaġġ li wasslu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u x-Shadow Minister Jerome Caruana Cilia waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Michael Piccinino sostna li fl-aħħar ħames snin taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela saru €5 biljun dejn; hux hekk biss – imma dan id-dejn huwa anke riżultat ta’ korruzzjoni.
Micheal Piccinino qal ukoll li l-pożizzjoni tal-PN dejjem kienet ċara dwar is-sussidji, tant li anke Edward Zammit Lewis irrikonoxxa dan.
Jerome Caruna Cilia sostna li l-Partit Nazzjonalista ilu snin jitkellem dwar il-politika tal-Gvern, ibbażata fuq splużjoni fil-popolazzjoni u mudell ekonomiku bbażat fuq il-kwantità u mhux il-kwalità.
Fuq dan tkellmu wkoll il-korpi kostitwitu kif ukoll numru ta’ ekonomisti – però xorta l-Gvern baqa’ għaddej kif kien u ma ħoloq ebda niċeċ ġodda.
Caruana Cilia insista li issa Clyde Caruana għandu jimxi mill-paroli għall-fatti u jilqa’ l-proposti tal-Partit Nazzjonalista – fosthom dwar l-imigrazzjoni u l-popolazzjoni – hekk kif fakkar li meta Bernard Grech laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista u kien propona li ssir konferenza dwar din is-sitwazzjoni; liema stedina qatt ma ntlaqgħet.
//= $special ?>