Il-UEFA ħarġet multa ta’ $21,500 fil-konfront tal-Federazzjoni Ġermaniża tal-Futbol minħabba l-invażuri tal-grawnd matul il-kompetizzjoni li qed jipprovaw jieħdu ritratti ma’ Cristiano Ronaldo.
Il-multa b’mod partikolari tittrata dwar in-nuqqas ta’ sigurtà li kien hemm fil-partiti bejn il-Portugall u r-Repubblika Ċeka, kif ukoll bejn il-Portugall u t-Turkija. Dan għaliex numru ta’ partitarji pprovaw, u rnexxielhom jitħlu fil-ground waqt li l-partita qed tintlagħab u jmorru jieħdu ritratt ma ‘ Ronaldo, bil-partiti jkollhom jitwaqqfu mir-referee.
Apparti minnhekk, il-UEFA mmultat anke l-Federazzjonijiet tal-futbol tat-Turkija u tal-Georgia minħabba ġlied li nqalgħa mill-partitarji qabel il-partita tagħhom il-ġimgħa li għaddiet.
Il-Multa li ngħatat lill-Georgia kienet ta’ $32,200, filwaqt li dik li ngħatat lit-Turkija kienet ta’ $26,900.
//= $special ?>