Lokali Parlament

Importanza tax-xjenza spazjali fost l-istudenti Maltin


Justin Schembri, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal fl-Aġġornament tal-Parlament li x-xjenza spazjali hi suġġett importanti għall-istudenti Maltin u għalhekk miegħu għandu jkun hemm investiment b’saħħtu fir-riċerka.


Justin Schembri tkellem dwar ix-xjenza spazjali u dwar it-tnedija tal-Aġenzja Xjenza Malta (NSCT) li għandha rwol importanti fil-formazzjoni ta’ din il-politika. Minkejja dan, il-fondi allokati għax-xjenza mhuwiex biżżejjed, sostna Justin Schembri li qal li l-ftehim il-ġdid mal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandu jkopri ħames snin biex jassigura li Malta twessa’ l-attivitajiet u l-kooperazzjoni mal-Aġenzija.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-NCST għandu valur edukattvi importanti ħafna għaliex il-funzjoni tax-xjenza interattiva u spzjali għandha tkun estiża fl-istess Maltin. Hu tkellem favur it-tkabbir tal-industrija spazjali u t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-Maltin u l-barranin fis-settur tax-xjenza spazjali. Jeħtieġ mentalità u kultura ġdida li fiha x-xjenza spazjali għandha tkun obbligatorja.


Fl-2012 kien Gvern Nazzjonalista li ffirma ftehim mal-Aġenzija Spazjali Ewropea biex fl-2017 dan il-ftehim kien estiż għal-lum, sostna d-deputat Nazzjonalista.