Lokali

Ir-reklamar u l-promozzjoni ta’ Maltabiennale.art sewa ‘l fuq minn €300,000

Ir-reklamar tal-Maltabiennale.art sewa lill-gvern aktar minn €300,000.

Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo ta din il-figura bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister tal-Partit Nazzjonalista Julie Zahra.

Bartolo qal li l-ministeru tiegħu nefaq €100,000 fuq reklamar u avvenimenti marbuta mal-avveniment, filwaqt li l-MTA nefqet €224,713.

Bartolo qal li l-finanzjament ġie approvat mill-Ministeru tal-Finanzi.

Il-baġit totali allokat għall-biennale kien ta’ €1.7 miljun.

Il-Maltabiennale.art rċeviet kritika mill-MEIA fejn stqarret li kien hemm “nuqqas ta’ professjonaliżmu”.

Il-Partit Nazzjonalista kkritika wkoll il-Biennale ta’ Malta u qal li din kienet “aktar għalja” mill-Biennale ta’ Venezja magħrufa mad-dinja kollha.