Sport

It-tielet stadju tat-Tour de France

It-tielet stadju tal-111-il Edizzjoni tat-Tour de France saret f’rotta ta’ 230.8 kilometri bejn Piacenza u Torino. F’din it-tappa kien hemm is-suċċess għal Biniam Girmay tal-Eritrea għal Intermarchè Wanty. Huwa rebaħ f’5 sigħat 26 minuta u 48 sekonda bi sprint fuq Fernando Gaviria, tal-Kolumbja għal Team Movista u l-Belġjan Arnaud DeLie għal Lotto Dstny.

Fil-klassifika ġenerali kien hemm tibdil fl-ewwel post fejn tela’ Richard Carapaz tal-Ekwador għal EF Education Easy Post b’total ta’ 15-il siegħa 20 minuta u 18-il sekonda segwit mis-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates u l-Belġjan Remco Evenepoel għal Soudal Quick Step.

Ir-raba’ stadju tat-Tour huwa bejn Pinerolo u Valloire fuq distanza ta’ 139.6 kilometri.