Lokali

It-tieni bejta tal-fkieren misjuba f’Għajn Tuffieħa

Ilbieraħ filgħodu ġiet skopruta t-tieni bejta tal-fkieren għal dan l-istaġun, f’Għajn Tuffeħa. Misjuba mill-voluntiera ta’ Nature Trust Malta (NTM), il-bejta kienet wisq qrib il-wiċċ u x-xatt, u b’hekk kienet vulnerabbli għall-kundizzjonijiet tat-temp.

Biex tkun żgurata s-sigurtà tal-bejta, uffiċjali mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u NTM rrilokaw il-bejta f’Golden Bay (Ir-Ramla tal-Mixquqa), fejn qed jiġi protett minn disturbi esterni.

Dawk li jżuru l-baħar huma mħeġġa jaġixxu b’mod responsabbli, filwaqt li jevitaw jagħmlu storbju eċċessiv, trampling, u jixegħlu dawl artifiċjali qrib iz-zona tat-tbejjit.

Kull min jinnota attività tal-fekruna għandu jirrapportaha lill-ERA fuq 2292 3500 jew 9999 9505.