Lokali Parlament

Jeħtieġ jitneħħew id-diffikultajiet għall-persuni li jbatu bl-Irritable Bowel Syndrone


Graziella Galea, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fl-Aġġornament tal-Parlament li għandhom jitneħħew il-problemi u d-diffikultajiet li l-persuni li jkollhom il-kundizzjoni Irritable Bowel Syndrone jgħaddu minnhom.


Jeħtieġ li l-istigma li jsofru dawn il-persuni titneħħa, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li dawn il-persuni għandhom ikunu rikonoxxuti fosthom permezz ta’ card li biha jkunu jistgħu jaqbżu l-kjuwijiet. Importanti wkoll li jkun hemm kampanja informattiva u skemi ta’ għajnuna fuq ċertu prodotti li jixtru dawn il-persuni.


Hi tkellmet ukoll dwar il-Girl Guides u qalet li din għalqet 100 sena biex saret l-eqdem assoċjazzjoni għall-bniet fil-pajjiż f’iktar minn 1,200 membru. Din hi NGO li tixpruna iktar kunfidenza fost it-tfajliet u ttihom tisħiħ tal-ħiliet fit-tfajliet u bniet li jipparteċipaw fihom. Fuq quddiem il-Girl Guides tpoġġi l-importanza tal-ugwaljanza fis-soċjetà u l-għajnuna fl-istess soċjetà.


Il-Girl Guides għandhom diversi sfidi fosthom li jollhom kwartier fejn huma jistgħu jaħdmu. Sfida oħra li l-voluntiera qed tonqos kontinwament u għalhekk il-gvern għandu jagħti inċentiva ta’ leave biex dawn inwettqu l-ħidma volontarja tagħhom.