Sport

Jibbrillaw fil-finali tal-Beach Soccer

Ritratt: Jonathan Bugeja

Il-Ġimgħa li għaddiet saru l-finali tal-Beach Soccer tal-kategoriji ta’ taħt it-13-il sena, taħt il-15-il sena u taħt is-17-il sena organizzati mid-dipartiment tal-MFA Futsal and Beach Soccer.

Fil-finali ta’ taħt it-13-il sena kienu Marsascala li għelbu lill-U14 Girls 4-3 wara l-ħin barrani. Kienet logħba ferm bilanċjata biż-żewġ naħat jalternaw il-vantaġġ tagħhom sakemm sa tmiem is-36 minuta l-iskor kien dak ta’ 3-3. Fil-ħin barrani, l-Iskalin skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

Daylin Said kien l-eroj għal Marsaskala meta skorja tliet gowls b’Yan Borg iżid ieħor għat-tim tiegħu.

Alishia Portelli skorajt doppjetta għal U14 Girls Academy b’Leah Delicata li żiedet ieħor.

Valletta rebħu l-finali ta’ taħt il-15-il sena meta għelbu lil Floriana Greens 5-2.

James Azzopardi skorja doppjetta għall-Beltin filwaqt li Beppe Melarosa, Kai Hili u Kayden Micallef żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Floriana naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Adon Barbara u Andreas Mangion.

Finalment fil-finali ta’ taħt is-17-il sena, Floriana għelbu lil Żabbar St Patrick Yellows 8-4.

L-eroj tal-Furjaniżi kien Denzel Attard li skorja erba’ gowls filwaqt li Zyas Newell Vella kien awtur ta’ doppjetta. Javier Cordina u Daniel Camilleri għaqqdu l-iskor għall-Greens.

Dejan Sant, Glenn Gravino, Miguel Degiorgio u Jaden Buckland komplew naqqsu l-marġni tal-iskor għal Marsaskala.

Fi tmiem dawn it-tliet finali kien hemm il-preżentazzjonijiet tat-tazzi mid-direttur tal-MFA Futsal and Beach Soccer Mark Marlow fil-preżenza ta’ Luciano Busuttil, Kap Eżekuttiv tal-AIMS li sponsorjaw din l-attività.