Lokali

Kellu jkun Chis Fearne li jċaqlaq lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà

Ritratt: Matthew Tabone

Permezz ta’ post fuq Facebook, id-Deputat Mexxej Laburista Chris Fearne qal li kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija biex “jinvestiga min wettaq il-frame up fuqu, kemm tħallsu flus biex dan seħħ u x’kienu l-vera motivazzjonijiet”.

Dan hekk kif sigħat wara li rapporti internazzjonali żvelaw kif Steward ħallsu l-miljuni biex ħarġu bi stejjer foloz, bl-użu ta’ spiji, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà baqa’ kompletament fil-muta.

Aħbar li qajmet ħafna mistoqsijiet, b’Angelo Gafà għadu moħbi mill-pubbliku.

Fil-post tiegħu, Fearne qal li “jidher ċar min huwa s-sors ta’ dan il-qerq”. Għalkemm ma qalx għal min qed jirreferi.

Net News sab lil Chris Fearne barra l-Qorti fejn ġie mistoqsi min kellu interess jeliminah politikament u jekk jeskludix li kien xi ħadd mil-Labour huwa involut f’dan kollu. Iżda d-deputat Laburista ħarab milli jwieġeb.

Is-sena l-oħra kien ġie rrapportat li ċittadin Russu li xtara l-passaport Malti kien ħallas aktar minn €3 miljun lil bint Carmen Ciantar, l-id il-leminija tal-Ministru għas-Saħħa, bħala allegat kickbacks lil ħadd ħlief Chris Fearne – xi ħaġa li hu dejjem ċaħad.