Il-midfielder Belġjan Kevin De Bruyne deher frustrat bil-mistoqsijiet li saru wara l-telfa tat-tim Belġjan kontra Franza fil-fażi tal-aħħar sittax.
Il-Belġjani ma kienu xejn konvinċenti fil-partita, bl-iskor ikun 0-0 sal-85 minuta sakhemm l-autogowl tal-veteran Jan Verthonghen iddetermina l-partita u kien biżejjed biex Franza avvanzaw għall-kwarti finali.
De Bruyne kien parti fundamentali mill-iskwadra li kienet meqjusa bħala l-ġenerazzjoni tad-deheb għall-Belġju. Madankollu minkejja t-talent enormi li kellhom il-Belġjani matul is-snin, qatt ma rnexxielhom jirbħu kompetizzjoni Internazzjonali, bl-aħjar prestazzjoni tasal fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 fejn temmew fit-tielet post.
Wara li kien mistoqsi għala l-Belġju fallew milli jirbħu unur minkejja dan it-talent kollhu matul is-snin, De Bruyne rrisponda billi saqsa lura lill-Ġurnalist Taljan Tancredi Palmeri jekk jaħseb li timijiet bħal Franza, Spanja u l-Italja ma kellhomx plejers ta’ stoffa bħal Belġjani.
De Bruyne kkonkluda r-risposta tiegħu billi insulenta lill-ġurnalist u kompla miexi flimkien mal-iskwadra tiegħu.
Tancerdi Palmeri stqarr fuq il-midja soċjali li De Bruyne kien individwu mfissed, u b’hekk qatt ma rebaħ l-ebda unur ma’ pajjiżu.
//= $special ?>