Waqt laqgħa li saret illum fis-6 pm, ma ntlaħaq l-ebda qbil dwar min se jkun Sindku fil-lokalita ta’ Birkirkara.
Waqt din il-laqgħa, is-sitt kunsilliera eletti f’Birkirkara f’isem il-Partit Nazzjonalista vvutaw biex Desirei Grech tkun Sindku, is-sitt kunsilliera f’isem il-Partit Laburista vvutaw biex Yana Borg Debono Grech tkun Sindku.
Madanakollu, ma ntlaħaq l-ebda qbil hekk kif il-kunsillier Indipendenti Kaylocke Buhagiar ma vvotta lil ħadd, u għalhekk ir-riżultati kienu ugwali 6 – 6.
Waqt din il-laqgħa, fil-fatt, Kaylock Buhagiar ma vvota favur ħadd u ma ppropona lil ħadd. Waqt li l-ebda kunsillier ma ppropona lil Buhagiar.
Għal din ir-raġuni ser ikun qed jittieħed vot ieħor nhar it-Tlieta 9 ta’ Lulju bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar Sindku ġdid għal din il-lokalità.
Il-kandidati kollha eletti tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità ta’ Birkirkara Desirei Grech, Maurizio Gauci, Jade England, Luke Vella, Antoine Attard, u Marie Claire Zammit Bonello se jkunu qed ikomplu bil-ħidma tagħhom bil-għan li dak li xtaq il-poplu Karkariż issir realtà u għalhekk, fil-lokalita ta’ Birkirkara jiġi elett sSndku Nazzjonalista.
//= $special ?>