Internazzjonali

L-Indja: ‘Il fuq minn 100 mejtin u għexieren ta’ midruba fi traġedja waqt festival

Mietu ‘il fuq minn 100 persuna fost rassa ta’ nies li kienu avviċinaw l-istess zona minn direzzjonijiet differenti u f’ċirkustanzi fejn huma spiċċaw joħonqu kull nitfa  spazju.

It-traġedja  seħħet fid-disrett ta’ Hathras, fl-Istat ta’ Uttar Praddesh u meta kien hemm il-mijiet tan-nies preżenti għal avveniment reliġjuż tal-Hindu li jiffurmaw l-akbar komunità fl-Indja.

Iċ-ċifra tal-vittmi – li ħafna minnhom mietu fgati jew mgħaffġin taħt is-saqajn – mistennija li tiżdied u meta hemm ukoll ammont ġmielu ta’ midruba.

Intant, bħalissa għaddej il-proċess għall-identifikazzjoni tal-vittmi li kienu jinkludu aktar minn 40 mara.

Jidher li t-traġedja nqalgħet waqt li n-nies kienu ħerġin mis-sit ewlieni għall-avveniment fil-villaġġ ta’ Mughalgarhi.

L-awtoritajiet f’Hathras issa waqqfu kumitat ta’ uffiċjali biex jinvestigaw l-inċident u bil-kelliema jsostnu li qed tingħata kull għajnuna lill-midruba, kif ukoll lill-qraba tal-vittmi u n-nies li spiċċaw trawmatizzati bl-iżviluppi.