Lokali

Lejn popolazzjoni ta’ 600,000: Abela jgħid “serraħ rasek”

Il-popolazzjoni dalwaqt tisplodi għal 600,000 persuna. Iżda l-Prim Ministru qed jibqa’ jserħilna rasna.

Din kienet ir-risposta li ta lil Net News meta Abela ġie mistoqsi dwar id-dikjarazzjonijiet riċenti li reġa’ għamel Clyde Caruana fuq il-piż tal-popolazzjoni – fattur li skont il-Ministru tal-Finanzi affetwa wkoll ir-riżultat elettorali.

Dwar il-fatturi li affetwaw ir-riżultat elettorali tkellem ukoll fl-aħħar jiem is-CEO tal-Labour, id-deputat Randolph Debattista – illi kritika l-kampanja negattiva immens li mexxa ‘l quddiem Robert Abela, b’attakki fuq il-Qrati u attakki fuq il-ġurnalisti.

Ir-riżultat elettorali tal-Labour kien partikolarment diżappuntanti f’Għawdex, fejn hemm il-Partit Laburista għandu tliet Ministri.

U għalkemm meta kien dieħel fil-Parlament ma kellimnix, aktar tard il-Ministru Clint Camilleri qalilna li jrid jibqa’ jikmanda l-maġġoranza.

F’Għawdex, il-Labour tilef il-Kunsill taż-Żebbuġ. Filwaqt li għal ftit voti ma tilifx anke l-Qala.