Mhux eskluż li Alfred Zammit jaf jirriżenja mill-Kunsill tal-Belt.
Hekk wieġbet is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Alison Zerafa Civelli meta saqsejniha dwar dak li għaddej fil-Kunsill tal-Belt Valletta. Dan wara li Zammit ma tfaccax għaċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra.
Zerafa Civelli qaltilna illi hi mhix tgħid li mhemmx kwistjonijiet. Filwaqt illi dehret viżibbilment skomda twieġeb dwar din is-sitwazzjoni fil-Kunsill tal-Belt, li reġa’ għandu maġġoranza Laburista – iżda li beda mal-ewwel bl-intoppi.
Meta din il-ġimgħa tqassmu r-responsabbiltajiet ta’ kull kunsillier li jifforma parti mill-Kunsill Lokali l-ġdid tal-Belt Valletta, l-eks Sindku Alfred Zammit ma ngħata ebda dekasteru. Dan kien konfermat mill-Kunsill stess permezz ta’ komunikat fuq il-media soċjali.
//= $special ?>