Mingħajr it-Timolo drops, jien nista’ nitlef il-vista.
Hekk stqarret persuna li tkellmet ma’ Net News, hekk kif din il-mediċina li tingħata lil pażjenti li jbatu mill-glaucoma jew pressjoni għolja fl-għajnejn, ilha xahar out-of-stock. Din il-mediċina li tingħata mill-POYC hija essenzjali u persuni li ma jiħdux dan it-trattament jistgħu eventwalment jitilfu l-vista. Fil-fatt, il-glaucoma hija l-fattur ewlieni li jwassal biex persuni, normalment ‘il fuq minn 60 sena, jitilfu l-vista.
Din il-persuna li tkellmet ma’ Net News sostniet li hi ċemplet lill-POYC, li minn naħa tagħhom wieġbu biss ‘jien x’nista’ nagħmel?’
Din il-persuna anzjana qaltilna li hi tifhem li dan mhux tort tal-ħaddiema tal-POYC, hekk fl-aħħar mill-aħħar hija responsabbiltà tal-Gvern li jiggarantixi biżżejjed mediċina għal kulħadd.
Barra t-Timolo drops, fl-ispiżeriji ta’ San Pawl jidher ukoll li hemm il-mediċina tad-dijabete tat-tip 2, Glibenclamide, li wkoll hija out-of-stock.
//= $special ?>