Il-Maġistrat li qed jippresiedi l-kumpilazzjoni tal-provi kontra Shaukat Asad Ali ddeċieda li hemm biżżejjed evidenza biex jitqiegħed taħt att ta’ akkuża. Shaukat Asad Ali jinsab mixli b’ħasil ta’ flus, frodi u kriminalità organizzata u milqut b’ordni ta’ qbid u ffriżar ta’ bosta miljuni ta’ ewro.
L-akkużat huwa iben in-negozjant Pakistani fiċ-ċentru tal-iskandlu tal-Vitals Global Healthcare, Shaukat Ali Chaudhry. Il-Maġistrat Leonard Caruana ta żewġ digrieti f’seduta qasira dalgħodu, meta l-ewwel ċaħad it-talba tad-difiża biex il-Qorti tirtira ordni li pprojbixxiet lil Ali milli jagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar il-proċeduri kriminali li għaddejjin kontrih.
It-tieni digriet tal-Qorti kien li tiddikjara li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex jistħoqqilhom att ta’ akkuża.
Il-każ ikompli fis-7 ta’ Awwissu.
Il-Prosekuturi Francesco Refalo, Shelby Aquilina u Rebekah Spiteri qed jirrappreżentaw l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u qed jassistu lis-Supertendent tal-Pulizija Hubert Cini u lill-Ispettur Wayne Rodney Borg. L-avukati Shazoo Ghaznavi u Jessica Formosa huma l-avukati difensuri.
//= $special ?>