Marco Giardina, raġel Taljan ta’ 38 sena residenti Tas-Sliema, qed jiffaċċja akkużi relatati ma’ vjolenza domestika fil-konfront tal-eks sieħba tiegħu – li hi Pollakk.
L-inċident allegatament seħħ fis-27 ta’ Ġunju wara lejla f’Paceville, fejn Giardina – li kien allegatament fis-sakra, aggredixxa lill-eks sieħba tiegħu fid-dar tagħhom.
Hija ġarrbet ġrieħi ħfief, inkluż trawma f’għajnejha u sinjali li sfat fgata.
Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u ħareġ ordni ta’ protezzjoni favur it-tfajla.
//= $special ?>