Internazzjonali

Biden iwaħħal fl-ivvjaġġar għall-prestazzjoni fqira tad-dibattitu ma’ Trump

Ritratt: CNN

Il-President Joe Biden waħħal fl-ivvjaġġar għall-prestazzjoni fqira tiegħu fid-dibattitu mal-kontestant għall-Presidenza Amrikana Donald Trump u stqarr li “ma kienx intelliġenti ħafna” li vvjaġġa madwar id-dinja qabel id-dibattitua.

Biden, ta’ 81 sena , irritorna mill-aħħar vjaġġ fil-15 ta’ Ġunju, kważi ġimagħtejn qabel id-dibattitu tas-27 ta’ Ġunju 2024. Ir-rimarki ta’ Biden saru fost paniku fil-Partit Demokratiku qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li ġej dwar il-kundizzjoni mentali tiegħu u wara li membru tal-Kungress minn Texas sar l-ewwel leġiżlatur Demokratiku li sejjaħlu biex iwarrab wara d-dibattitu tiegħu ma’ Trump.

Biden għamel żewġ vjaġġi separati lejn l-Ewropa f’ġimagħtejn ix-xahar li għadda, u skuża ruħu għall-prestazzjoni tiegħu waqt li qal li kien “kritiku” li jirbaħ l-elezzjoni mill-ġdid. Biden bħalissa huwa n-nominat preżunt tal-Partit Demokratiku għall-White House u wiegħed li jibqa’ fit-tellieqa minkejja l-prestazzjoni tad-dibattitu. Ir-rappreżentant Lloyd Doggett, 77, qal li d-dibattitu ssolidifika d-deċiżjoni tiegħu li jħeġġeġ lil Biden biex iwarrab, u stqarr li hemm wisq riskju biex il-President jitlef kontra Trump minħabba biżgħat dwar l-età tiegħu.