Il-Gvern ta’ Robert Abela se jibqa’ jwebbes rasu u ma jagħmilx ir-riformi meħtieġa biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinħatar b’vot ta’ mill-anqas żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti għax moħħu biex jara li l-Korp tal-Pulizija jkollu Kummissarju li jiddefendi l-interessi tal-Partit Laburista minflok l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Meta Robert Abela kien għażel lil Angelo Gafà, il-Partit Nazzjonalista kien esprima mill-ewwel id-dubji tiegħu dwar l-abbiltajiet ta’ Gafà. Kien iddikjara immedjatament li l-proċess ta’ Robert Abela biex jintgħażel il-Kummissarju tal-Pulizija kien wieħed fażull u għalhekk ma setax jipparteċipa fih. Dan kien ikkonfermat bil-mod kif, fl-aħħar erba’ snin, il-Partit Nazzjonalista ngħata raġun diversi drabi dwar in-nuqqas ta’ abbiltà ta’ Angelo Gafà li jmexxi l-Korp tal-Pulizija mingħajr ma jkun pupazz tal-Gvern.
Il-Partit Nazzjonalista jtenni l-appell lill-Gvern biex jingħaqad miegħu fl-għażla ta’ persuna li verament ikollha l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra għax żgur li hemm persuna li tkun kapaċi tikseb il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>