EURO 2024 Sport

Il-UEFA qed tinvestiga inċident bejn stewards u partitarju

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA qed tinvestiga każ bejn partitarju u numru ta’ stewards waqt il-partita bejn l-Portugall u l-Islovenja li ntlagħbet fi Frankfurt.

Filmati fuq il-midja l-Portugiża wrew kif numru ta’ stewards dehru jattakkaw u jsawwtu żewġ partitarji Portugiżi.

Fi stqarrija, l-UEFA qalet li qed tinvestiga dan il-każ filwaqt li kkundaw attakki simili. Hi żiedet tgħid li l-każ qed ukoll ikun investigat mill-pulizija.