Sport

Ittellgħu l-poloz tal-Kampjonat Premier 2024-2025 li se jiftaħ fis-17 ta’ Awwissu

Illum ittellgħu l-poloz tal-Kampjonat Premier 2024-2025 li se jkun magħruf bħala 360 Sports Premier League. Il-Kampjonat Premier se jibda fis-17 ta’ Awwissu li ġej.

Kampjonat b’format għalkollox differenti, b’Rawnd tal-Ftuħ u tal-Egħluq li jiddeterminaw il-pjazzamenti tat-timijiet u l-objettivi tagħhom li jwasslu għall-aħħar fażi tal-kampjonat.

Fl-ewwel ġurnata, iċ-Champions Ħamrun Spartans ittellgħu kontra t-tim promoss ta’ Ħaż-Żabbar, St.Patrick; Floriana kontra t-tim promoss ta’ Melita; Sliema Wanderers kontra Mosta; Marsaxlokk kontra Gżira United; Hibernians kontra Naxxar Lions; u Birkirkara se jilagħbu kontra Balzan.

L-ewwel ġurnata tibda fi tmiem il-ġimgħa tas-17 u t-18 ta’ Awwissu li ġej.