Il-winger tat-tim Ġermaniż Leroy Sane kellu kliem ta’ tifħir lejn sieħbu fit-tim Toni Kroos u qal li l-Ġermanja jistgħu iweġġaw lit-tim Spanjol bi Kroos fit-tim.
Sane beda bħala sostitut t-tliet partita tal-fażi tal-gruppi iżda kontra d-Danimarka kien mal-ewwel ħdax fit-tim ta’ Julian Nagelsmann.
Bl-Ingilterra u Franza li kienu meqjusha bħala l-favoriti qabel ma bdiet il-kompetizzjoni, Ġermanja u Spanja wrew logħob aħjar fl-ewwel erba’ partiti u huma wkoll huma fost il-favoriti li jirbħu din l-edizzjoni biż-żewġ timijiet jiltaqgħu fil-kwartifinali ta’ għada.
San qal li l-Ġermanja u Spanja lagħbu l-aħjar futbol s’issa u fakkar kif il-Ġermanja trid tieħu kontroll tal-partita sabiex ikunu jistgħu joħolqu periklu lill-avversarji.
Kemm Spanja kif ukoll il-Ġermanja rebħu tliet Kampjonati Ewropej kull wieħed, bi Spanja tirbaħ l-aħħar konfront bejn iż-żewġ nazzjonijiet 6-0 f’partita valida mill-UEFA Nations League.
//= $special ?>