Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vettura

Mara ta’ 78 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura tal-għamla Peugeot 307 misjuqa minn Sirjan ta’ 20 sena, fi Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ dalgħodu.

Fil-post isejħu tim mediku u ambulanza li ħadu lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn hija ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud ħatar inkjesta dwar dan il-każ.