Iċ-ċiklista ta’ 39 sena Mark Cavendish kiser ir-rekord tal-aktar ċiklista li rebaħ stadji fit-Tour de France hekk kif kiseb il-35 rebħa f’dak li huwa meqjus bħala l-aktar tour importanti.
Cavendish għeleb lil-leġġendarju Eddy Marckx meta f’Saint Vulbas irnexxielu jtemm fl-ewwel post bi sprint mill-aqwa. Dan ir-rekord jasal sena biss wara li Cavendish kien involut f’inċident ikrah fit-tmien stadju u jum wieħed biss wara li kiser lil Jasper Philipsen.
F’kummenti mal-midja wara t-tellieqa qal li fl-aħħar fażi tat-tellieqa huwa jagħti l-massimu kollu tiegħu u jittama li ħajtu tinbidel jekk jirnexxielu jaqbeż il-linja finali l-ewwel.
//= $special ?>