L-attakkant ta’ Spanja Mikel Oyrazabal qal li qabel bdiet l-EURO 2024 ħadd ma kien qed jikkonsidra lil Spanja bħala favorita li tirbaħ dan it-tournament.
F’kummenti mal-midja hu qal li jinsab konvint li jemmen li Spanja jistgħu jeliminaw lit-tim ospitu, l-Ġermanja mill-kompetizzjoni fil-kwartifinali. Spanja kwalifikaw għall-fażi tal-aħħar 16 bl-aktar mod konvinċenti meta rebħu l-partiti kollha tal-grupp u fil-partita tal-aħħar 16 għelbu lil Georgia bl-iskor ta’ 4-1.
//= $special ?>