Negozjant Taljan Giuseppe Domizio Musarella ta’ 59 sena wieġeb mhux ħati ta’ ħasil ta’ flus, frodi u dikjarazzjonijiet foloz. Huwa ġie mixli wkoll li allegatament għen lil Vitals fi hlasijiet ta’ taxxa permezz tal-proġett Cyclotron, progett li jikkonsisti f’apparat mediku li jimmanifattura mediċini għall-kura tal-kanċer.
Fil-Qorti il-prosekuturi argumentaw li Musarella akkwista il-proġett Cyclotron permezz ta’ kumpanija li kienet għadha kif ġiet maħluqa bl-isem ta’ Mtrace Ltd, liema kumpanija inbiegħet lil Vitals. Id-difiża ta’ Musarella qalet li huwa negozjant leġittimu li kien tkaxkar mal-kurrent f’din l-affari. Żiedet li l-kumpanija tiegħu kienet fost l-ewwel li importat il-vaċċini tal-COVID-19 f’Malta.
Fi tmiem is-seduta l-Maġistrat Leonard Caruana żamm ordni ta’ ffriżar fil-konfront ta’ Musarella ta’ €62,500. In-negozjant Taljan Giuseppe Domizio Musarella kien assistit mill-avukat Veronique Dalli. Huwa ta struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jagħtu lill-akkużat aċċess għal kwalunkwe fondi ogħla minn dak l-ammont.
L-avukati tal-AĠ Francesco Refalo, Rebekah Spiteri u Shelby Aquilina flimkien mas-Supretendent Hubert Cini u l-Ispettur Wayne R Borg mexxew is-seduti f’isem l-Avukat Ġenerali, flimkien is-Supertendent tal-Pulizija Hubert Cini u lill-Ispettur Wayne Rodney Borg.