Lokali

“Robert Abela wisq iffukat fuq il-problemi li ħoloq hu” – PN

Ma’ kull jum li jgħaddi, joħroġ aktar ċar kemm il-Gvern ta’ Robert Abela hu wisq iffukat fuq il-problemi tiegħu u li ħoloq hu stess biex ikun jista’ jikkonċentra fuq il-problemi tal-poplu.

Kien dan id-diskors li ntqal minn Robert Cutajar, Whip u Segretarju tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista; u Paula Mifsud Bonnici, Assistent Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.

Huma saqħu kif tant hu hekk li, minkejja li hemm aktar min 20 liġi pendenti quddiem il-Parlament, għal raġunijiet li jaf hu biss Robert Abela, iddeċieda li mingħajr ma jagħti l-ebda spjegazzjoni ma jlaqqax il-Parlament illum minkejja li l-Erbgħa hi ġurnata Parlamentari.

Il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu Gvern li jkun hemm għalihom u mhux Gvern li hu wisq aljenat bil-problemi interni tiegħu. Int jixraqlek Gvern li qiegħed hemm għalik u mhux għalih innifsu.