Dikjarazzjoni tal-potenzjal minn Sirens b’rebħa ta’ 13-11 kontra Neptunes Videoslots f’partita missielta, riżultat li jixgħel bozza ta’ allarm għat-tim ta’ Aleksander Ciric. Neptunes dehru li mhumiex kompatti biżżejjed biex il-plejers tagħhom jesprimu l-aħjar logħob flimkien.
Il-vantaġġ fl-ewwel sessjoni nbidel tliet darbiet, b’Neptunes kienu minn fuq darbtejn sakemm Gianni Farrugia għamilhom 3-3. Iż-żewġ timijiet baqgħu jwieġbu lil xulxin iżda kienu Sirens li ħadu vantaġġ minimu, b’Neptunes iġibu d-draw darbtejn sabiex reġa’ kien Farrugia li daħħal lil Sirens 7-6 minn fuq.
Neptunes baqgħu qrib l-avversarji u l-ewwel irkupraw żvantaġġ doppju b’gowls ta’ Dmitrii Kholod u Stevie Camilleri u Jake Muscat wieġeb wara l-gowl ta’ Peter Borg għal draw ta’ 9-9. Madankollu fl-aħħar sessjoni, Sirens ħasdu lil Neptunes u fetħu distakk ta’ 12-9, differenza li Neptunes ma setgħux jirkupraw minnha, b’Sirens jikkontrollaw l-aħħar parti tal-logħba għal rebħa importanti.
Valletta Izibet baqgħu b’punti massimi fi Grupp A qabel il-konfront kontra San Ġiljan. Rebħa dominanti ta’ 25-6 kontra Barracudas f’partita bla storja li minnha ftit plejers tgħallmu xi ħaġa, konsegwenza tad-distakk bejn iż-żewġ timijiet. Ivan Nagaev lagħab kważi il-partita u sab ix-xibka xejn anqas minn 15-il darba, bir-Russu jiskorja f’kull sessjoni.
Sliema Frank Salt ma tħabtux biex rebħu r-raba’ logħba minn erbgħa din id-darba kontra Exiles Welbee’s. Id-differenza kienet evidenti, bis-Slimiżi jiddominaw anki jekk ma kinux bl-aqwa tim minħabba n-nuqqas ta’ John Brownrigg u Takis Dimou. Ma niżilx fl-ilma Zach Mizzi filwaqt li Liam Galea lagħab parti biss mil-logħba.
Is-Slimiżi bdew jiddominaw minn kmieni u permezz ta’ tripletta minn Benji Cachia u doppjetti ta’ Andreas Galea u Elijah Schembri taw vantaġġ mill-aktar komdu ta’ 7-0 fl-ewwel sessjoni. Id-distakk reġa’ kiber b’mod konsiderevoli fit-tielet sessjoni u din id-darba kien imiss lil Jayden Cutajar, Jamie Gambin u Elijah Schembri li jkunu fost l-iskorers, b’Liam Galea jispikka fl-aħħar sessjoni.
BARRACUDAS…………… 5
VALLETTA IZIBET………. 26
(2-6), (1-8), (0-8), (2-4)
Barracudas: C. Borg, C. Bugeja, N. Farrugia, P. Micallef, W. Ruggier (2), R. Sciortino, N. Rizzo, J. Schembri, S. Apap (1), M. Guidi (2), L. Pursehouse, C. Saliba (1), L. Bowman, J. Erdogan
Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (4), J. Sciberras (2), S. Busuttil, K. Borg (2), M. Zammit (1), I. Nagaev (15), S. Micallef (1), A. Agius, M. Chircop (1), K. Cremona, A. Bugeja, C. Mercieca
Referees: Juana Cauchi, Alessandro Carrer
EXILES WELBEE’S………… 6
SLIEMA FRANK SALT….. 24
(0-7), (3-3), (1-6), (2-7)
Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci, S. Cutajar Casha, D. Gogov (5), K. Griscti, N. Paris, N. Bonavia, M. Fenech (1), N. Saliba, G. Galea Curmi, M. Paris Roding
Sliema: N. Grixti, Z. Mizzi, L. Galea (4), J. Gambin (2), E. Schembri (4), B. Cachia (3), J. Cutajar (3), A. Galea (2), S. Engerer (1), D. Zammit (3), M. Castillo, J. Cassar (2)
Referees: Alex de Raffaele, Mattia Berni
NEPTUNES VIDEOSLOTS…. 11
SIRENS ASC……………………… 13
(3-3), (3-4), (3-2), (2-4)
Neptunes: A. Borg Cole, D. Kholod (2), S. Gialanze, G. Pace (1), J. Camilleri, L. Mallia, S. Camilleri (4), M. Castillo, J. Muscat (4), J. Bajada, A. Fenech, E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja
Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino, K. Erdogan, P. Borg (1), J. Cachia (3), K. Agius, D. Merkulov (3), I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (3), M. Sciberras, M. Azzopardi (1), J. Parnis, J. Chircop (1)
Referees: Alessandro Carrer, Ronnie Spiteri
Logħob għal-lum
Marsaxlokk v Otters 6.00pm
San Ġiljan v M’skala 7.15pm
Ta’ Xbiex v Birżebbuġa 8.30pm
//= $special ?>